Artikolu 20Proċedura ta’ eżenzjoni
Article 20 · Exemption procedure
1.Where a Member State or a contracting entity considers that a given activity is directly exposed to competition on markets to which access is not restricted, it may submit to the Commission, as a preparatory step to a possible formal exemption request, a preliminary question on the applicability of Article 19 pursuant to paragraph 2 of this Article, or, directly, a formal exemption request pursuant to paragraph 3 of this Article, to establish that the activity in question is not covered by this Regulation.
1.Meta Stat Membru jew entità kontraenti tqis li attività partikolari tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess ma jkunx ristrett, bħala pass preparatorju għal talba għal eżenzjoni formali possibbli, hija tista’ tissottometti lill-Kummissjoni domanda preliminari dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 19 skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jew, direttament, talba formali għal eżenzjoni skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, biex jiġi stabbilit li l-attività inkwistjoni ma tkunx koperta minn dan ir-Regolament.
2.During the optional preparatory phase following the submission of a preliminary question, the Commission, in a spirit of loyal cooperation, shall carry out an initial assessment of the conditions set out in Article 19. Such assessment shall be based on all information relevant to that activity already in the possession of or available to the Commission. To complement the information already in its possession, the Commission may request additional information from the contracting entity or Member State concerned, or any other party competent in relation to the activity and market concerned. The Commission may invite the contracting entity, Member State and other concerned parties to further written or oral exchanges to explore whether the conditions for granting an exemption are met, including as regards clarification of missing facts, data or reasoning.
2.Matul il-fażi preparatorja fakultattiva wara s-sottomissjoni ta’ domanda preliminari, il-Kummissjoni, fi spirtu ta’ kooperazzjoni leali, għandha twettaq valutazzjoni inizjali tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19. Tali valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni kollha rilevanti għal dik l-attività diġà fil-pussess tal-Kummissjoni jew disponibbli għaliha. Sabiex tikkomplementa l-informazzjoni li diġà jkollha, il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali mill-entità kontraenti jew mill-Istat Membru kkonċernat, jew minn kwalunkwe parti oħra kompetenti fir-rigward tal-attività u tas-suq ikkonċernati. Il-Kummissjoni tista’ tistieden lill-entità kontraenti, lill-Istat Membru u lil partijiet ikkonċernati oħra biex jesploraw skambji ulterjuri bil-miktub jew orali biex jesploraw jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni humiex issodisfati, inkluż fir-rigward tal-kjarifika ta’ fatti, ta’ data jew ta’ raġunament neqsin.
The Commission shall provide a reply to the preliminary assessment question within 180 calendar days after the submission. If the information collected in assessing the preliminary question is sufficient to conclude that the conditions set out in Article 19 are met, the Commission shall end the preparatory phase, waive the submission of a formal exemption request and adopt an implementing act declaring that the relevant activity was exempted pursuant to paragraph 4 of this Article.
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tweġiba għad-domanda ta’ valutazzjoni preliminari fi żmien 180 jum kalendarju wara s-sottomissjoni. Jekk l-informazzjoni miġbura fil-valutazzjoni tad-domanda preliminari tkun biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha ttemm il-fażi preparatorja, tirrinunzja s-sottomissjoni ta’ talba għal eżenzjoni formali u tadotta att ta’ implimentazzjoni li jiddikjara li l-attività rilevanti kienet eżentata skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
The Member State or contracting entity concerned may submit a formal request at any time before the end of the period referred to in the second subparagraph.
L-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata tista’ tissottometti talba formali fi kwalunkwe ħin qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu.
If the information collected in assessing the preliminary question is not sufficient to conclude that the conditions set out in Article 19 are met, the Commission shall inform the Member State or the contracting entity concerned, after which the Member State or the contracting entity may decide to submit a formal exemption request pursuant to paragraph 3 of this Article.
Jekk l-informazzjoni miġbura fil-valutazzjoni tad-domanda preliminari ma tkunx biżżejjed biex jiġi konkluż li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-entità kontraenti kkonċernata, u wara dan l-Istat Membru jew l-entità kontraenti tkun tista’ tiddeċiedi li tissottometti talba għal eżenzjoni formali skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
3.Following the submission of a formal exemption request, either directly or following an inconclusive, negative or partially negative outcome of the preparatory phase, the Commission shall carry out a full assessment of the conditions set out in Article 19. The formal exemption request shall include all relevant facts, and in particular information on any law, regulation, administrative provision or agreement concerning compliance with these conditions. It may include a position adopted by an independent national authority that is competent in relation to the activity concerned. Form, content and other details of the exemption request shall follow the requirements in the implementing act based on paragraph 10 of this Article.
3.Wara s-sottomissjoni ta’ talba għal eżenzjoni formali, jew direttament jew wara eżitu inkonklużiv, negattiv jew parzjalment negattiv tal-fażi preparatorja, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni sħiħa tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19. It-talba għal eżenzjoni formali għandha tinkludi l-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari l-informazzjoni dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet. Din tista’ tinkludi pożizzjoni adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li tkun kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata. Il-forma, il-kontenut u dettalji oħra tat-talba għal eżenzjoni għandhom isegwu r-rekwiżiti fl-att ta’ implimentazzjoni abbażi tal-paragrafu 10 ta’ dan l-Artikolu.
4.Following its assessment of the information submitted, the Commission shall, by means of implementing acts adopted within the periods set out in the second subparagraph of this paragraph, establish whether an activity is directly exposed to competition on the basis of the criteria set out in Article 19. Those implementing acts shall be adopted in accordance with the procedure referred to in Article 143(2).
4.Wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni sottomessa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati fil-perjodi stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk attività hijiex esposta direttament għall-kompetizzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 19. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 143(2).
The activity shall cease to be subject to this Regulation when:
L-attività ma għandhiex tibqa’ soġġetta għal dan ir-Regolament meta:
(a)the Commission has adopted an implementing act establishing that the activity is directly exposed to competition within the period provided for in point (b);
(a)il-Kummissjoni tkun adottat att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi li l-attività tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fil-perjodu previst fil-punt (b);
(b)the Commission has not adopted the implementing act within the following periods:
(b)il-Kummissjoni ma adottatx l-att ta’ implimentazzjoni fil-perjodi li ġejjin:
(i)in case the exemption request is not accompanied by a position adopted by an independent national authority:
(i)f’każ li t-talba għal eżenzjoni ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti:
(1)90 days;
(1)90 jum;
(2)120 days where the Commission exceptionally informs the contracting entity and Member State concerned that the degree of complexity of the request for exemption requires more time to analyse the competitive situation on the relevant market or activity;
(2)120 jum fejn il-Kummissjoni tinforma b’mod eċċezzjonali lill-entità kontraenti u lill-Istat Membru kkonċernat li l-grad ta’ kumplessità tat-talba għal eżenzjoni jirrikjedi aktar żmien biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq jew fl-attività rilevanti;
(ii)in case the exemption request is accompanied by a position adopted by an independent national authority:
(ii)f’każ li t-talba għal eżenzjoni tkun akkumpanjata minn pożizzjoni adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti:
(1)60 days;
(1)60 jum;
(2)exceptionally 80 days, where the Commission informs the contracting entity and Member State concerned that the degree of complexity of the request for exemption requires more time to analyse the competitive situation on the relevant market or activity.
(2)b’mod eċċezzjonali 80 jum, fejn il-Kummissjoni tinforma lill-entità kontraenti u lill-Istat Membru kkonċernat li l-grad ta’ kumplessità tat-talba għal eżenzjoni jirrikjedi aktar żmien biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq jew fl-attività rilevanti.
Those deadlines shall commence on the first working day following the date on which the Commission receives the exemption request or, where the information to be supplied with the exemption request is incomplete, on the working day following the receipt of the complete information.
Dawk l-iskadenzi għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara d-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba għal eżenzjoni jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx kompluta, fil-jum tax-xogħol ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.
The periods set out in point (b) may be extended by the Commission with the agreement of the Member State or of the contracting entity concerned.
Il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istat Membru jew tal-entità kontraenti kkonċernata.
The Commission may request from the Member State or the contracting entity concerned or the independent national authority or any other competent national authority information that it considers necessary to carry out its assessment, including related additional information or clarifications to information already provided. The periods set out in point (b) shall be suspended until the receipt of the complete and correct information.
Il-Kummissjoni tista’ titlob mill-Istat Membru jew mill-entità kontraenti kkonċernata jew mill-awtorità nazzjonali indipendenti jew minn kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, informazzjoni li tqis ne`essarja biex twettaq il-valutazzjoni tagħha, inkluża informazzjoni jew kjarifiki addizzjonali relatati ma’ informazzjoni diġà pprovduta. Il-perjodi stabbiliti fil-punt (b) għandhom jiġu sospiżi sakemm tasal l-informazzjoni kompluta u korretta.
5.After the submission of an exemption request, the Member State or the contracting entity concerned may, with the Commission's agreement, substantially modify its exemption request, in particular as regards the activities or the geographical areas concerned. In such case, a new period for the adoption of the implementing act shall apply, which is to be calculated in accordance with paragraph 4, point (b), unless a shorter period is agreed on by the Commission and the Member State or contracting entity concerned.
5.Wara s-sottomissjoni ta’ talba għal eżenzjoni, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati tista’, bi qbil mal-Kummissjoni, timmodifika b’mod sostanzjali t-talba għal eżenzjoni tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tal-attivitajiet jew taż-żoni ġeografiċi kkonċernati. F’dak il-każ, għandu japplika perjodu ġdid għall-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni, li għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-paragrafu 4, il-punt (b), sakemm ma jintlaħaqx qbil dwar perjodu iqsar mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru jew mill-entità kontraenti kkonċernata.
6.If, in the context of an exemption request, the Commission issues a request for information to the Member State or the contracting entity concerned which remains unanswered for 180 days, the exemption request shall be deemed to be withdrawn.
6.Jekk, fil-kuntest ta’ talba għal eżenzjoni, il-Kummissjoni toħroġ talba għal informazzjoni lill-Istat Membru jew lill-entità kontraenti kkonċernata li tibqa’ mhux imwieġba għal 180 jum, it-talba għal eżenzjoni għandha titqies li ġiet irtirata.
7.Where an activity in a given Member State is already the subject of a procedure under paragraphs 1 and 5, further exemption requests concerning the same activity in the same Member State before the expiry of the period opened in respect of the first exemption request shall not be considered as new procedures but shall be treated in the context and period of the first exemption request.
7.Meta attività fi Stat Membru partikolari diġà tkun is-suġġett ta’ proċedura skont il-paragrafi 1 u 5, talbiet għal eżenzjoni ulterjuri li jikkonċernaw l-istess attività fl-istess Stat Membru qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ fir-rigward tal-ewwel talba għal eżenzjoni ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda iżda għandhom jiġu ttrattati fil-kuntest u fil-perjodu tal-ewwel talba għal eżenzjoni.
8.The Commission may, ex officio, carry out a new analysis of the conditions for granting an exemption, including following information from a third party, or in case of a formal request from a Member State.
8.Il-Kummissjoni tista’, ex officio, twettaq analiżi ġdida tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ eżenzjoni, inkluż wara informazzjoni minn parti terza, jew f’każ ta’ talba formali minn Stat Membru.
9.Information on the applicability of Article 19(1) to covered activities for a given market and activity shall be made available by the Commission, including the fact of the submission of an exemption request, the applicable periods for its assessment and any prolongations or suspensions thereof. The Commission shall also publish information on preliminary questions and new analyses carried out pursuant to paragraph 8.
9.L-informazzjoni dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 19(1) għal attivitajiet koperti għal suq u għal attività partikolari għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni, inklużi l-fatt tas-sottomissjoni ta’ talba għal eżenzjoni, il-perjodi applikabbli għall-valutazzjoni tagħha u kwalunkwe estensjoni jew sospensjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll informazzjoni dwar domandi preliminari u analiżijiet ġodda mwettqa skont il-paragrafu 8.
10.The Commission is empowered to adopt implementing acts establishing detailed rules for the application of paragraphs 1 to 9, including at least rules relating to:
10.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, inklużi mill-inqas regoli relatati ma’:
(a)implementing provisions concerning the form, content and other details of preliminary questions and exemption requests pursuant to paragraphs 1 and 3;
(a)dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-forma, l-kontenut u dettalji oħra ta’ domandi preliminari u ta’ talbiet għal eżenzjoni skont il-paragrafi 1 u 3;
(b)publication pursuant to paragraph 9.
(b)pubblikazzjoni skont il-paragrafu 9.