Artikolu 58Kuntratti għal servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi
Article 58 · Contracts for social, health and educational services
1.For public contracts having as subject-matter any of the services listed in Annex VI, public buyers may award contracts in accordance with the procedures provided for in national law, provided that the nature of the services makes it necessary for the public buyers to take into account the specificities of the services in question, and that the principles of transparency and equal treatment as well as the obligations in paragraph 2 are respected.
1.Għal kuntratti pubbliċi li jkollhom bħala suġġett kwalunkwe wieħed mis-servizzi elenkati fl-Anness VI, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jaġġudikaw kuntratti f’konformità mal-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali, dment li n-natura tas-servizzi tagħmilha neċessarja għax-xerrejja pubbliċi li jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni, u li l-prinċipji tat-trasparenza u tat-trattament ugwali kif ukoll l-obbligi fil-paragrafu 2 jiġu rrispettati.
2.Public buyers awarding contracts pursuant to paragraph 1 of this Article shall take into account, through appropriate requirements in specifications, award criteria or conditions for the performance of contracts, the need to ensure the quality, continuity, accessibility for people with disabilities, affordability, availability and comprehensiveness of the services, and the involvement and empowerment of users, including disadvantaged and vulnerable persons, in order to safeguard their specific personal medical or social needs. In awarding such contracts, public buyers shall also take into account the need to ensure respect for the right to self-determination of persons with disabilities, as laid down in Article 19 of the United Nations Convention on the Rights of Persons with Disabilities.
2.Ix-xerrejja pubbliċi li jaġġudikaw il-kuntratti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom iqisu, permezz ta’ rekwiżiti xierqa fl-ispeċifikazzjonijiet, fil-kriterji għall-aġġudikazzjoni jew fil-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti, il-ħtieġa li jiġu żgurati l-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà, l-affordabbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, u l-involviment u l-awtonomizzazzjoni tal-utenti, inklużi persuni żvantaġġati u vulnerabbli, sabiex jiġu ssalvagwardjati l-ħtiġijiet personali mediċi jew soċjali speċifiċi. Fl-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti bħal dawn, ix-xerrejja pubbliċi għandhom iqisu wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat ir-rispett għad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, kif stabbilit fl-Artikolu 19 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.