Artikolu 57Kuntratti riżervati
Article 57 · Reserved contracts
1.Public buyers may reserve the participation in procedures for the award of public contracts, including for specific lots thereof, to organisations whose main aim is the social and professional integration of persons with disabilities or disadvantaged persons, provided that at least 30 % of the employees of those organisations or programmes are workers with disabilities or with disadvantages, including providing for such contracts to be performed in the context of supported employment contracts or sheltered employment programmes, provided that the labour rights of the persons with disabilities or with disadvantages are safeguarded.
1.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirriżervaw il-parteċipazzjoni fi proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi, inkluż għal lottijiet speċifiċi tagħhom, lil organizzazzjonijiet li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ persuni b’diżabbiltà jew ta’ persuni żvantaġġati, dment li mill-inqas 30 % tal-impjegati ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jew il-programmi jkunu ħaddiema b’diżabbiltà jew bi żvantaġġi, inkluż il-provvediment biex tali kuntratti jiġu eżegwiti fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ impjieg appoġġati jew ta’ programmi ta’ impjieg protetti, dment li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tax-xogħol tal-persuni b’diżabbiltà jew bi żvantaġġi.
2.Public buyers may reserve the participation in procedures for the award of public service contracts forming part of the social welfare system which are covered by the CPV codes listed in Annex VI, including for specific lots thereof, to organisations which fulfil all of the following conditions:
2.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirriżervaw il-parteċipazzjoni fi proċeduri għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizz li jiffurmaw parti mis-sistema tal-benesseri soċjali li huma koperti mill-kodiċijiet CPV elenkati fl-Anness VI, inkluż għal lottijiet speċifiċi tagħhom, lil organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)the organisation is legally recognised as non-profit under national law of the Member State where the organisation was established;
(a)l-organizzazzjoni tkun rikonoxxuta legalment bħala waħda mingħajr skop ta’ qligħ skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet stabbilita l-organizzazzjoni;
(b)the organisation has as its main purpose the delivery of a public welfare service of general interest;
(b)l-organizzazzjoni jkollha bħala l-iskop ewlieni tagħha t-twassil ta’ servizz ta’ benesseri pubbliku ta’ interess ġenerali;
(c)the organisation’s decisions are not guided by purely commercial considerations, and any surplus generated from the performance of the contract is reinvested in delivering the public welfare services of general interest for which it is constituted.
(c)id-deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni ma jkunux iggwidati minn kunsiderazzjonijiet purament kummerċjali, u kwalunkwe surplus iġġenerat mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt jiġi investit mill-ġdid fit-twassil tas-servizzi tal-benesseri pubbliku ta’ interess ġenerali li għalihom huwa kostitwit.