Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 72Restrizzjonijiet fuq operaturi ekonomiċi, fuq oġġetti, fuq servizzi jew fuq xogħlijiet koperti

Article 72 · Restrictions on covered economic operators, goods, services or works

1.The Commission is empowered to adopt delegated acts in accordance with Article 141 to amend Article 70 by establishing that covered economic operators from certain third countries, and/or all or certain covered goods, services, or works from certain third countries, shall not be considered as covered where:

1.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 141 biex temenda l-Artikolu 70 billi tistabbilixxi li l-operaturi ekonomiċi koperti minn ċerti pajjiżi terzi, u/jew l-oġġetti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet koperti kollha jew uħud minnhom minn ċerti pajjiżi terzi, ma għandhomx jitqiesu bħala koperti meta:

(a)the Commission has established, on the basis of a factual market access analysis, that their country of origin has failed to provide national treatment related to Union economic operators, goods, services or works contrary to its commitments on public procurement in an international agreement with the Union;

(a)il-Kummissjoni tkun stabbiliet, abbażi ta’ analiżi fattwali tal-aċċess għas-suq, li l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom ikun naqas milli jipprovdi trattament nazzjonali relatat mal-operaturi ekonomiċi, mal-oġġetti, mas-servizzi jew max-xogħlijiet tal-Unjoni li jmorru kontra l-impenji tagħha dwar l-akkwist pubbliku fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni;

(b)such exclusion is justified to avoid dependencies or any other developments that may threaten the security of supply in the Union of the relevant goods or services; or

(b)tali esklużjoni tkun ġustifikata biex jiġu evitati d-dipendenzi jew kwalunkwe żvilupp ieħor li jista’ jhedded is-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi rilevanti; jew

(c)such restriction is justified under any other exception under the applicable agreement, in particular relating to the protection of economic security interests.

(c)tali restrizzjoni tkun ġustifikata taħt kwalunkwe eċċezzjoni oħra skont il-ftehim applikabbli, b’mod partikolari dik relatata mal-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà ekonomika.

2.Member States and interested parties may submit to the Commission at any time indications of the existence of one of the situations referred to in paragraph 1.

2.L-Istati Membri u l-partijiet interessati jistgħu jissottomettu lill-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin indikazzjonijiet tal-eżistenza ta’ waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →