Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 94Kunflitti ta’ interess

Article 94 · Conflicts of interest

1.Public buyers shall take appropriate measures to effectively prevent, identify and remedy conflicts of interest arising in the conduct of procurement procedures, including the design and preparation of the procedure and the staff involved, the drawing-up of the procurement detail, the selection of economic operators and the award of the contract.

1.Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, inklużi t-tfassil u t-tħejjija tal-proċedura u l-persunal involut, it-tfassil tad-dettalji tal-akkwist, l-għażla tal-operaturi ekonomiċi u l-aġġudikazzjoni tal-kuntratt.

For the purposes of this Article, ’conflict of interest’ includes any situation where the categories of persons referred to in paragraph 2 have, directly or indirectly, a personal interest in the outcome of the procurement procedure or conduct of the contract implementation, which may compromise the impartial and objective performance of their duties.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “kunflitt ta’ interess” tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 ikollhom, direttament jew indirettament, interess personali fl-eżitu tal-proċedura ta’ akkwist jew fit-twettiq tal-implimentazzjoni tal-kuntratt, li tista’ tikkomprometti l-eżekuzzjoni imparzjali u oġġettiva ta’ dmirijiethom.

For the purpose of this paragraph ‘personal interest’ means any family, emotional, economic, political or other relevant shared interests with the candidates the tenderers or contractor including conflicting professional interests.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, “interess personali” tfisser kwalunkwe interess komuni tal-familja, emozzjonali, ekonomiku, politiku jew interess kondiviż rilevanti ieħor mal-kandidati, mal-offerenti jew mal-kuntrattur inkluż interessi professjonali kunfliġġenti.

2.The rules referred to in paragraph 1 shall apply to conflicts of interest involving at least the following categories of persons:

2.Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal kunflitti ta’ interess li jinvolvu mill-inqas il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

(a)staff members of the public buyer, procurement service providers or staff members of other service providers who are involved in the conduct of the procurement procedure or may influence its outcome;

(a)il-membri tal-persunal tax-xerrej pubbliku, tal-fornituri ta’ servizzi ta’ akkwist jew il-membri tal-persunal ta’ fornituri ta’ servizzi oħra li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura ta’ akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu tagħha;

(b)the members of decision-making bodies of the public buyer, or of other bodies that influence the decision making of the public buyer, who may influence the outcome of the procurement procedure, without necessarily being involved in the conduct of that procedure.

(b)il-membri tal-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tax-xerrej pubbliku, jew ta’ korpi oħra li jinfluwenzaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet tax-xerrej pubbliku, li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu tal-proċedura ta’ akkwist, mingħajr ma neċessarjament ikunu involuti fit-twettiq ta’ dik il-proċedura.

3.The persons referred to in paragraph 2 are required to declare any conflicts of interest in relation to any of the economic operators participating in a procurement procedure, as soon as they become aware of such conflicts, in order to enable remedial action.

3.Il-persuni msemmija fil-paragrafu 2 huma meħtieġa jiddikjaraw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist, malli jsiru konxji ta’ tali kunflitti, sabiex jippermettu azzjoni ta’ rimedju.

Public buyers may require that economic operators declare in their expression of interest, tender or at the beginning of negotiations the existence of any links with the persons referred to in point (b) of paragraph 2, which may place those persons in a situation of conflicts of interest, as well as conflicts of interest in relation to the subject-matter of the procurement procedure.

Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirrikjedu li fl-espressjoni ta’ interess tagħhom, fl-offerta jew fil-bidu tan-negozjati, l-operaturi ekonomiċi jiddikjaraw l-eżistenza ta’ kwalunkwe rabta mal-persuni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, li tista’ tpoġġi lil dawk il-persuni f’sitwazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess, kif ukoll kunflitti ta’ interess fir-rigward tas-suġġett tal-proċedura ta’ akkwist.

4.Without prejudice to Article 140(3), remedial measures shall primarily include the recusal of the persons referred to in paragraph 2 in question from involvement in the affected procurement procedure or the re-assignment of that person’s duties and responsibilities.

4.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 140(3), il-miżuri ta’ rimedju għandhom jinkludu primarjament ir-rikuża tal-persuni msemmija fil-paragrafu 2 inkwistjoni mill-involviment fil-proċedura ta’ akkwist affettwata jew l-assenjazzjoni mill-ġdid tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet ta’ dik il-persuna.

Where conflicts of interest cannot be effectively remedied by other means, the economic operator concerned shall be excluded from the procedure only after it has been given the opportunity to prove that the situation of suspected conflicts of interest does not distort competition.

Meta l-kunflitti ta’ interess ma jkunux jistgħu jiġu rrimedjati b’mod effettiv b’mezzi oħra, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jiġi eskluż mill-proċedura biss wara li jkun ingħata l-opportunità li jagħti prova li s-sitwazzjoni ta’ kunflitti ta’ interess suspettati ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni.

5.All conflicts of interest prevented, identified or declared and the remedial measures taken shall be documented pursuant to Article 109.

5.Il-kunflitti ta’ interess kollha pprevenuti, identifikati jew iddikjarati u l-miżuri ta’ rimedju meħuda għandhom jiġu ddokumentati skont l-Artikolu 109.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →