Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 49Lista ta’ kwalifiki għall-entitajiet kontraenti

Article 49 · Qualification list for contracting entities

1.Contracting entities may establish and operate a qualification list. They may award individual contracts based on it.

1.L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu u joperaw lista ta’ kwalifiki. Huma jistgħu jaġġudikaw kuntratti individwali bbażati fuqha.

2.Contracting entities shall publish a public summary of competition pursuant to Article 110 on the existence of the qualification list. They shall ensure that economic operators are at all times able to request to be admitted to the list during its duration indicated in the public summary of competition.

2.L-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni skont l-Artikolu 110 dwar l-eżistenza tal-lista ta’ kwalifiki. Huma għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi, f’kull ħin ikunu jistgħu jitolbu li jitniżżlu fil-lista matul id-durata tagħha indikata fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni.

3.Contracting entities shall establish objective rules and criteria for admission of economic operators in the qualification list, and objective criteria and rules for the management of the qualification list, covering matters such as admission, periodic updating of the qualifications, if any, and the duration. They may divide the qualification list into different categories according to the subject-matter of individual contracts based on the qualification list.

3.L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi għall-ammissjoni tal-operaturi ekonomiċi fil-lista ta’ kwalifiki, u kriterji u regoli oġġettivi għall-ġestjoni tal-lista ta’ kwalifiki, li jkopru suġġetti bħall-ammissjoni, l-aġġornament perjodiku tal-kwalifiki, f’każ li jkun hemm, u d-durata. Dawn jistgħu jaqsmu l-lista ta’ kwalifiki f’kategoriji differenti skont is-suġġett tal-kuntratti individwali bbażati fuq il-lista ta’ kwalifiki.

4.Rules and criteria for admission to the qualification list shall include the exclusion criteria pursuant to Article 25 and may relate to exclusion criteria pursuant to Article 26, selection criteria pursuant to Article 27 and specifications pursuant to Article 88. Contracting entities shall apply the rules on means of proof in Articles 28, 91 and 92, respectively. Contracting entities shall ensure that the provisions of Title II of this Part are applied for admission to the list and for the award of individual contracts, as applicable.

4.Ir-regoli u l-kriterji għat-tniżżil fil-lista ta’ kwalifiki għandhom jinkludu l-kriterji għall-esklużjoni skont l-Artikolu 25 u jistgħu jkunu relatati mal-kriterji għall-esklużjoni skont l-Artikolu 26, il-kriterji għall-għażla skont l-Artikolu 27 u l-ispeċifikazzjonijiet skont l-Artikolu 88. L-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-mezzi ta’ prova fl-Artikoli 28, 91 u 92, rispettivament. L-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tat-Titolu II ta’ din il-Parti jiġu applikati għall-ammissjoni fil-lista u għall-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti individwali, kif applikabbli.

5.Contracting entities awarding contracts based on a qualification list shall invite economic operators admitted to the qualification list or to the relevant categories thereof to submit a tender. Contracting entities may conduct negotiations pursuant to Article 33 followed by an award pursuant to Article 98, or award the contract without negotiations pursuant to Article 98. They shall publish a public summary of result pursuant to Article 110 regarding each individual contract awarded.

5.L-entitajiet kontraenti li jaġġudikaw kuntratti bbażati fuq lista ta’ kwalifiki għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi mniżżla fil-lista ta’ kwalifiki jew fil-kategoriji rilevanti tagħha biex jissottomettu offerta. L-entitajiet kontraenti jistgħu jwettqu negozjati skont l-Artikolu 33 segwiti minn aġġudikazzjoni skont l-Artikolu 98, jew jaġġudikaw il-kuntratt mingħajr negozjati skont l-Artikolu 98. Huma għandhom jippubblikaw sommarju pubbliku tar-riżultat skont l-Artikolu 110 rigward kull kuntratt individwali aġġudikat.

6.The process of admission to the qualification list, and of awarding individual contracts based on the system may be carried out in several successive stages.

6.Il-proċess ta’ ammissjoni fil-lista ta’ kwalifiki, u tal-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti individwali bbażati fuq is-sistema jistgħu jitwettqu f’diversi stadji suċċessivi.

7.Any charges that are billed in connection with qualification or with updating or conserving an already obtained qualification shall be proportionate to the generated costs.

7.Kwalunkwe tariffa fatturata b’rabta mal-kwalifikazzjoni jew mal-aġġornament jew il-konservazzjoni ta’ kwalifika diġà miksuba għandha tkun proporzjonata għall-kostijiet iġġenerati.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →