Artikolu 60Akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni
Article 60 · Public procurement of innovation
1.Public buyers shall classify their procurement as public procurement of innovation in the public summary of competition where the procurement has as its objective the purchase of an innovative solution. An innovative solution has one or more new characteristics that deliver better performance or added value compared with alternative solutions which are available on a large-scale commercial basis on the relevant market.
1.Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jikklassifikaw l-akkwist tagħhom bħala akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni fejn l-akkwist ikollu bħala l-objettiv tiegħu l-akkwist għal soluzzjoni innovattiva. Soluzzjoni innovattiva għandha karatteristika ġdida waħda jew aktar li jagħtu prestazzjoni jew valur miżjud aħjar meta mqabbla ma’ soluzzjonijiet alternattivi li huma disponibbli fuq bażi kummerċjali fuq skala kbira fis-suq rilevanti.
New characteristics of an innovative solution may include new or improved combinations of existing characteristics and new or improved ways of using existing characteristics, such as using existing characteristics in a new sector or a new context.
Karatteristiċi ġodda ta’ soluzzjoni innovattiva jistgħu jinkludu kombinamenti ġodda jew imtejba ta’ karatteristiċi eżistenti u ta’ modi ġodda jew imtejba ta’ użu ta’ karatteristiċi eżistenti, bħall-użu ta’ karatteristiċi eżistenti f’settur ġdid jew f’kuntest ġdid.
2.In any event, public buyers shall classify their purchases in public summaries as public procurement of innovation in both of the following cases:
2.Fi kwalunkwe każ, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jikklassifikaw l-akkwist tagħhom f’sommarji pubbliċi bħala akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni fiż-żewġ każijiet li ġejjin:
(a)the award of a contract for a solution that was successfully developed in an innovation procedure pursuant to Article 45;
(a)l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratt għal soluzzjoni li ġiet żviluppata b’suċċess fi proċedura ta’ innovazzjoni skont l-Artikolu 45;