Artikolu 83Kuntratti aġġudikati lil impriżi affiljati
Article 83 · Contracts awarded to affiliated undertakings
1.This Regulation does not apply where contracting entities award a public contract by either of the following:
1.Dan ir-Regolament ma japplikax meta l-entitajiet kontraenti jaġġudikaw kuntratt pubbliku minn waħda minn dawn li ġejjin:
(a)by a contracting entity to an affiliated undertaking;
(a)minn entità kontraenti lil impriża affiljata;
(b)by a joint venture, formed exclusively by a number of contracting entities for the purpose of carrying out activities described in Article 12 to 18, to an undertaking which is affiliated with one of those contracting entities.
(b)minn impriża konġunta, esklużivament iffurmata minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-fini li jwettqu l-attivitajiet deskritti fl-Artikoli 12 sa 18, lil impriża li tkun affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.
2.Paragraph 1 shall apply provided that at least 80 % of the average total turnover of the affiliated undertaking over the preceding three years derives from the provision of services, supplies or works to the contracting entity or other undertakings with which it is affiliated. Where, by reason of the date on which an affiliated undertaking was created or commenced activities, the turnover is not available for the preceding three years, it shall be sufficient for that undertaking to show that the turnover is credible, in particular by means of business projections.
2.Il-paragrafu 1 għandu japplika sakemm mill-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata matul it-3 snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ servizzi, ta’ provvisti jew ta’ xogħlijiet lill-entità kontraenti jew lil impriżi oħra li tkun affiljata magħhom. Meta, minħabba d-data li fiha impriża affiljata tkun inħolqot jew bdiet l-attivitajiet, il-fatturat ma jkunx disponibbli għat-3 snin preċedenti, għandu jkun suffiċjenti li dik l-impriża turi li l-fatturat ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz tal-projezzjonijiet tan-negozju.
Where more than one undertaking affiliated with the contracting entity with which they form a corporate group provides the same or similar services, supplies or works, the percentages shall be calculated taking into account the total turnover deriving respectively from the provision of services, supplies or works by those affiliated undertakings.
Meta aktar minn impriża waħda affiljata mal-entità kontraenti, li magħha jiffurmaw grupp korporattiv, jipprovdu l-istess servizzi, provvisti jew xogħlijiet, jew simili, il-perċentwali għandhom jiġu kkalkolati billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej rispettivament mill-forniment tas-servizzi, tal-provvisti jew tax-xogħlijiet minn dawk l-impriżi affiljati.
3.For the purposes of this Article, ‘affiliated undertaking’ means any undertaking which meets either of the following requirements:
3.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” tfisser kwalunkwe impriża li tissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)the annual accounts of which are consolidated with those of the contracting entity in accordance with the requirements set out in Directive 2013/34/EU;
(a)il-kontijiet annwali tagħha jkunu konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2013/34/UE;
(b)in the case of entities, which are not subject to Directive 2013/34/EU, any undertakings that satisfy one of the following conditions:
(b)fil-każ ta’ entitajiet, li ma jkunux soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, kwalunkwe impriża li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)they are directly or indirectly, subject to a dominant influence by the contracting entity;
(i)tkun soġġetta, direttament jew indirettament, għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;
(ii)they exercise a dominant influence over the contracting entity;
(ii)terżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti;
(iii)together with the contracting entity, they are subject to the dominant influence of another undertaking by virtue of ownership, financial participation, or the rules which govern it.
(iii)flimkien mal-entità kontraenti, tkun soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.
The Commission may request evidence which demonstrates that the relationship between the undertaking to which the contract is awarded and the contracting entity complies with the requirements set out in paragraphs 1, 2 and 3.
Il-Kummissjoni tista’ titlob evidenza li turi li r-relazzjoni bejn l-impriża li lilha jiġi aġġudikat il-kuntratt u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.