Artikolu 39Twettiq tal-proċedura dinamika bi kriterji għall-għażla
Article 39 · Conduct of the dynamic procedure with selection criteria
1.Upon the publication of the public summary of competition, and until the validity of the procedure has expired, economic operators may request to join the procedure, by sharing their profile with the public buyer trough the eligibility system established pursuant to Article 133. By sharing their profile, the economic operators declare that they are qualified to perform the contract.
1.Mal-pubblikazzjoni tas-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni, u sakemm tiskadi l-validità tal-proċedura, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu li jissieħbu fil-proċedura billi jikkondividu l-profil tagħhom max-xerrej pubbliku permezz tas-sistema ta’ eliġibbiltà stabbilita skont l-Artikolu 133. Billi jikkondividu l-profil tagħhom, l-operaturi ekonomiċi jiddikjaraw li huma kkwalifikati biex jeżegwixxu l-kuntratt.
2.The public buyer shall admit economic operators to the procedure on the basis of the selection criteria indicated in the public summary of competition.
2.Ix-xerrej pubbliku għandu jdaħħal lill-operaturi ekonomiċi fil-proċedura abbażi tal-kriterji għall-għażla indikati fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni.
3.Where public buyers intend to award individual contracts based on the dynamic procedure, they shall inform all economic operators that have until that point been selected for joining the procedure about the individual contract to be awarded, including the precise description, quantity and timing of the purchase in question. Public buyers shall invite all economic operators participating in the dynamic procedure to express their interest in the specific contract to be awarded, setting a reasonable time limit for expressions of interest.
3.Meta x-xerrejja pubbliċi jkollhom l-intenzjoni li jaġġudikaw kuntratti individwali bbażati fuq il-proċedura dinamika, huma għandhom jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi kollha li sa dak il-punt ikunu ntgħażlu biex jissieħbu fil-proċedura dwar il-kuntratt individwali li jkun se jiġi aġġudikat, inklużi d-deskrizzjoni, il-kwantità u t-twaqqit preċiżi tax-xiri inkwistjoni. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi kollha li jipparteċipaw fil-proċedura dinamika biex jesprimu l-interess tagħhom fil-kuntratt speċifiku li għandu jiġi aġġudikat, filwaqt li jistabbilixxu terminu raġonevoli għall-espressjonijiet ta’ interess.
4.After the expiry of the time limit referred to in paragraph 3, public buyers shall invite all economic operators that have expressed their interest in the specific contract to be awarded either to submit a tender, or to submit a first tender followed by negotiations.
4.Wara l-iskadenza tat-terminu msemmi fil-paragrafu 3, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi kollha li jkunu esprimew l-interess tagħhom fil-kuntratt speċifiku li għandu jiġi aġġudikat, jew biex jissottomettu offerta, jew biex jissottomettu l-ewwel offerta segwita minn negozjati.
By way of derogation from the first subparagraph, public buyers may decide to only invite a subset of the economic operators having expressed their interest in the specific contract to be awarded, on the basis of objective and non-discriminatory criteria or rules, provided that they have indicated these in the public summary of competition on the launch of the dynamic procedure.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jistiednu biss subsett tal-operaturi ekonomiċi li jkunu esprimew l-interess tagħhom fil-kuntratt speċifiku li jkun se jiġi aġġudikat, abbażi ta’ kriterji jew ta’ regoli oġġettivi u nondiskriminatorji, dment li jkunu indikaw dawn fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni dwar it-tnedija tal-proċedura dinamika.