Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 30Konsultazzjonijiet tas-suq

Article 30 · Market consultations

1.Public buyers may conduct market consultations to prepare their procurement and gain market knowledge, including about the availability of, or potential of developing, innovative solutions.

1.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet tas-suq biex iħejju l-akkwist tagħhom u jiksbu għarfien dwar is-suq, inkluż dwar id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet innovattivi, jew il-potenzjal li jiżviluppawhom.

2.Where public buyers conduct market consultations pursuant to paragraph 1 of this Article, they shall announce those consultations in accordance with Article 110.

2.Meta x-xerrejja pubbliċi jwettqu konsultazzjonijiet tas-suq skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, huma għandhom iħabbru dawk il-konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 110.

3.During the market consultations, public buyers may seek or accept information and advice from the general public, independent experts, public authorities, market participants or other relevant parties. The information and advice may take the form of written or verbal exchanges, demonstration of prototypes, live demonstrations, or other suitable objective formats. Such information and advice may be used in the planning and conduct of the procurement procedures, respecting the principles of equal treatment, non-discrimination, fair competition and transparency.

3.Matul il-konsultazzjonijiet tas-suq, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jfittxu jew jaċċettaw informazzjoni u pariri mill-pubbliku ġenerali, minn esperti indipendenti, minn awtoritajiet pubbliċi, minn parteċipanti fis-suq jew minn partijiet rilevanti oħra. L-informazzjoni u l-pariri jistgħu jieħdu l-forma ta’ skambji bil-miktub jew verbali, ta’ dimostrazzjoni ta’ prototipi, ta’ dimostrazzjonijiet diretti, jew ta’ formati oġġettivi xierqa oħra. Tali informazzjoni u pariri jistgħu jintużaw fl-ippjanar u fit-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ trasparenza.

4.The participation of an economic operator in a market consultation does not prejudge its eligibility for the procurement procedure.

4.Il-parteċipazzjoni ta’ operatur ekonomiku f’konsultazzjoni tas-suq ma tippreġudikax l-eliġibbiltà tiegħu għall-proċedura ta’ akkwist.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →