Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 52Effiċjenza enerġetika

Article 52 · Energy efficiency

1.Public buyers shall, when purchasing goods, services or works purchase only products, services and works with a high energy efficiency performance, unless this is not technically feasible. To that end they shall:

1.Meta jixtru oġġetti, servizzi jew xogħlijiet, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jixtru biss prodotti, servizzi u xogħlijiet bi prestazzjoni għolja fl-effiċjenza enerġetika, sakemm dan ma jkunx teknikament fattibbli. Għal dak l-għan, huma għandhom:

(a)where a product is covered by a delegated act adopted under Regulation (EU) 2017/1369, Directive 2010/30/EU or by a related Commission implementing act, purchase only products that comply with the criterion laid down in Article 7(2) of Regulation (EU) 2017/1369;

(a)meta prodott ikun kopert minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, id-Direttiva 2010/30/UE jew b’att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni relatat, dawn għandhom jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1369;

(b)where a product not covered under point (a) is covered by an implementing measure under Directive 2009/125/EC, purchase only products that comply with energy efficiency benchmarks specified in an implementing measure under Directive 2009/125/EC;

(b)meta prodott li ma jkunx kopert mill-punt (a) ikun kopert minn miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE, dawn għandhom jixtru biss prodotti li jikkonformaw mal-parametri referenzjarji tal-effiċjenza enerġija speċifikati f’dik il-miżura ta’ implimentazzjoni skont id-Direttiva 2009/125/KE;

(c)require in their tenders for service contracts that service providers use, for the purposes of providing the services in question, only products that comply with points (a) and (b) when providing the services in question. This requirement shall apply only to new products purchased by service providers partially or wholly for the purpose of providing the service in question;

(c)fl-offerti tagħhom għal kuntratti ta’ servizz, għall-finijiet ta’ forniment tas-servizzi inkwistjoni, jirrikjedu li l-fornituri ta’ servizzi jużaw biss prodotti li jikkonformaw mal-punti (a) u (b) meta jipprovdu s-servizzi inkwistjoni. Dan ir-rekwiżit għandu japplika biss għal prodotti ġodda akkwistati mill-fornituri ta’ servizzi parzjalment jew kompletament għall-fini ta’ forniment tas-servizz inkwistjoni;

(d)where they purchase, or make new rental agreements for, buildings, ensure that such building shall, where available comply at least with the technical screening criteria on the substantial contribution to climate change mitigation provided in the Commission Delegated Regulation (EU) 2021/2139, Annex I, section 7.7 (‘Acquisition and Ownership of Buildings’), unless the purpose of the purchase is:

(d)meta jixtru, jew jagħmlu ftehimiet ġodda ta’ kiri għal bini, jiżguraw li tali bini għandu, meta jkun disponibbli, jikkonforma mill-inqas mal-kriterji tekniċi ta’ skrinjar dwar il-kontribut sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima previsti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139, l-Anness I, it-taqsima 7.7 (“Akkwist u Sjieda tal-Bini”), sakemm l-iskop tal-akkwist ma jkunx:

(i)to undertake deep renovation or demolition;

(i)biex issir rinnovazzjoni profonda jew twaqqigħ;

(ii)to preserve it as a building officially protected as part of a designated environment, or because of its special architectural or historic merit.

(ii)biex jippreservawh bħala bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku tiegħu.

Article 85(1), point (d), shall not apply to the obligations set out in the first subparagraph, point (d).

L-Artikolu 85(1), il-punt (d), ma għandux japplika għall-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d).

2.When the purchase concerns product package fully covered by a delegated act adopted under Regulation (EU) 2017/1369, public buyers may require that the aggregate energy efficiency of the product package takes precedence over the energy efficiency of the individual products within that package, by purchasing the product package that complies with the criterion of belonging to the highest available energy efficiency class.

2.Meta x-xiri jikkonċerna pakkett ta’ prodotti kopert għalkollox minn att delegat adottat skont ir-Regolament (UE) 2017/1369, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirrikjedu li l-effiċjenza enerġetika aggregata tal-pakkett ta’ prodotti tieħu preċedenza fuq l-effiċjenza enerġetika tal-prodotti individwali f’dak il-pakkett, billi jinxtara l-pakkett ta’ prodotti li jkun konformi mal-kriterju li jappartjeni għall-ogħla klassi ta’ effiċjenza enerġetika disponibbli.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →