Artikolu 85Kuntratti pubbliċi esklużi oħra
Article 85 · Other excluded public contracts
(a)public service contracts awarded by a public buyer to another public buyer or to an association of public buyers on the basis of an exclusive right which they enjoy pursuant to a law, regulation, or published administrative provision which is compatible with the Treaty;
(a)kuntratti pubbliċi ta’ servizz aġġudikati minn xerrej pubbliku lil xerrej pubbliku ieħor jew lil assoċjazzjoni ta’ xerrejja pubbliċi fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament, jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikata li tkun kompatibbli mat-Trattat;
(b)public contracts for the principal purpose of permitting the public buyers to provide or exploit public electronic communications networks or to provide to the public one or more electronic communications services; for the purposes of this Article, ‘public electronic communications network’ and ‘electronic communications service’ shall have the same meaning as in Directive 2018/1972;
(b)kuntratti pubbliċi għall-iskop prinċipali li jippermettu lix-xerrejja pubbliċi jipprovdu jew jisfruttaw networks pubbliċi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jew li jipprovdu servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi wieħed jew aktar lill-pubbliku; għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “network pubbliku tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” u “servizz tal-komunikazzjonijiet elettroniċi” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal dik fid-Direttiva 2018/1972;
(c)public contracts which have to be organised in accordance with procurement procedures other than those laid down in this Regulation where such procedures have been established:
(c)kuntratti pubbliċi li għandhom jiġu organizzati f’konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist għajr dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament fejn tali proċeduri jkunu ġew stabbiliti:
(i)by an international agreement in accordance with the Treaties and concern a common project implementation which requires common purchasing;
(i)bi ftehim internazzjonali f’konformità mat-Trattati u li jikkonċerna implimentazzjoni komuni ta’ proġetti li tirrikjedi xiri komuni;
(ii)by an international organisation, or
(ii)minn organizzazzjoni internazzjonali, jew
(iii)by an international financing institution fully financing a concerned project; where the concerned project is co-financed for the most part by such institution, the parties shall agree which procurement rules shall be applicable;
(iii)minn istituzzjoni ta’ finanzjament internazzjonali li tiffinanzja bis-sħiħ proġett ikkonċernat; meta l-proġett ikkonċernat ikun kofinanzjat fil-biċċa l-kbira minn tali istituzzjoni, il-partijiet għandhom jaqblu dwar liema regoli tal-akkwist għandhom ikunu applikabbli;
(d)the acquisition or rental, by whatever financial means, of land, existing buildings or other immovable property or concerning rights thereon;
(d)l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, ta’ bini eżistenti jew ta’ proprjetà immobbli oħra jew li jkun jikkonċerna drittijiet fuqhom;
(e)the acquisition, development, production or co-production of programme material intended for media services within the meaning of Regulation (EU) 2024/1083;
(e)l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal tal-programm maħsub għas-servizzi tal-media skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2024/1083;
(f)legal services which require authority to practice law, such as litigation or formal representation in court proceedings or are related to the exercise of public office, including document certification and authentication services which must be provided by notaries;
(f)servizzi legali li jirrikjedu awtorità għall-prattika tal-liġi, bħal litigazzjoni jew rappreżentanza formali fi proċedimenti tal-qorti jew li huma relatati mal-eżerċizzju ta’ kariga pubblika, inklużi servizzi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ awtentikazzjoni ta’ dokumenti li jridu jiġu pprovduti min-nutara;
(g)arbitration and conciliation services;
(g)servizzi ta’ arbitraġġ u ta’ konċiljazzjoni;
(h)financial services in connection with the provision of investment services or the performance of investment activities within the meaning of Directive 2014/65/EU and Regulation (EU) No 600/2014, the administration of benchmarks within the meaning of Regulation (EU) 2016/1011, central bank services and operations conducted with the European Financial Stability Facility and the European Stability Mechanism;
(h)servizzi finanzjarji b’rabta mal-forniment ta’ servizzi ta’ investiment jew mat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ investiment skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 600/2014, mal-amministrazzjoni ta’ parametri referenzjarji skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/1011, ma’ servizzi tal-bank ċentrali u ma’ operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u mal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;
(i)valuation services referred to in Articles 36 and 74 of Directive 2014/59/EU ;
(i)is-servizzi ta’ valwazzjoni msemmija fl- Artikoli 36 u 74 tad-Direttiva 2014/59/UE ;
(j)grants, financing, investments or loans, whether or not in connection with the issue, sale, purchase or transfer of securities or other financial instruments;
(j)għotjiet, finanzjament, investimenti jew self, sew jekk marbut mal-ħruġ, mal-bejgħ, max-xiri jew mat-trasferiment ta’ titoli jew ta’ strumenti finanzjarji oħra kif ukoll jekk le;
(k)civil defence, civil protection, and danger prevention services that are provided by non-profit organisations or associations, and which are covered by CPV codes 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 and 85143000-3 except patient transport ambulance services;
(k)id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u s-servizzi ta’ prevenzjoni tal-perikli li huma pprovduti minn organizzazzjonijiet jew minn assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, u li huma koperti mill-kodiċi CPV 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8, 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport tal-pazjenti;
(l)political campaign services covered by CPV codes 79341400-0, 92111230-3 and 92111240-6, when awarded by a political party in the context of an election campaign;
(l)servizzi ta’ kampanji politiċi, koperti mill-kodiċijiet CPV 79341400-0, 92111230-3 u 92111240-6, meta aġġudikati minn partit politiku fil-kuntest ta’ kampanja elettorali;
(m)employment contracts;
(m)kuntratti ta’ impjieg;
(n)contracts for public passenger services by rail or metro within the meaning of Regulation (EC) No 1370/2007.
(n)kuntratti għal servizzi pubbliċi għall-passiġġieri bil-ferrovija jew bil-metro skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.
2.In addition to the provisions of paragraph 1, this Regulation does not apply to the following contracts which concern activities in the field of utilities pursuant to Part II, Title I, Chapter 2:
2.Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma japplikax għall-kuntratti li ġejjin li jikkonċernaw attivitajiet fil-qasam tal-utilitajiet skont il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu 2:
(a)contracts for the purchase of water if awarded by contracting entities engaged in one or both of the activities relating to drinking water referred to in Article 14;
(a)kuntratti għax-xiri ta’ ilma jekk dawn jiġu aġġudikati minn entitajiet kontraenti involuti f’waħda mill-attivitajiet relatati mal-ilma tax-xorb imsemmija fl-Artikolu 14, jew fit-tnejn li huma;
(b)contracts awarded by contracting entities themselves being active in the energy sector by being engaged in an activity referred to in Article 12(1), 13(1) or 18 for the supply of energy or of fuels for the production of energy;
(b)kuntratti aġġudikati minn awtoritajiet kontraenti nfushom li jkunu attivi fis-settur tal-enerġija billi jkunu involuti f’attività msemmija fl-Artikolu 12(1), 13(1) jew 18 għall-provvista tal-enerġija jew tal-fjuwils għall-produzzjoni tal-enerġija;
(c)contracts awarded by contracting entities for the purposes of resale or lease to third parties provided that the contracting entity enjoys no special or exclusive right to sell or lease the subject of such contracts, and other entities are free to sell or lease it under the same conditions as the contracting entity;
(c)kuntratti aġġudikati minn awtoritajiet kontraenti għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew ta’ lokazzjoni lil partijiet terzi, dment li l-entità kontraenti ma tgawdi l-ebda dritt speċjali jew esklużiv li tbigħ jew tagħti b’lokazzjoni s-suġġett ta’ tali kuntratti, u entitajiet oħra jkunu liberi jbigħuh jew jagħtuh b’lokazzjoni bl-istess kundizzjonijiet bħall-entità kontraenti;
(d)contracts awarded by contracting entities for purposes other than the pursuit of their activities as described in Article 12 to 18 or for the pursuit of such activities in a third country in conditions not involving the physical use of a network or geographical area within the Union and to design contests organised for such purposes.
(d)kuntratti aġġudikati minn entitajiet kontraenti għal finijiet differenti mit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Artikoli 12 sa 18 jew għat-twettiq ta’ tali attivitajiet f’pajjiż terz, f’kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta’ network jew ta’ żona ġeografika fl-Unjoni u għat-tfassil ta’ kompetizzjonijiet organizzati għal tali finijiet.