Artikolu 8Entitajiet kontraenti
Article 8 · Contracting entities
1.For the purpose of this Regulation, contracting entities shall be contracting authorities, public undertakings, and entities that operate on the basis of special or exclusive rights, and which carry out one or more of the activities referred to in Articles 12 to 18 or any combination thereof, unless the activity is directly exposed to competition on markets to which access is not restricted within the meaning of Article 19.
1.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu awtoritajiet kontraenti, impriżi pubbliċi, u entitajiet li joperaw abbażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi, u li jwettqu waħda jew aktar mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 12 sa 18 jew kwalunkwe kombinament tagħhom, sakemm l-attività ma tkunx esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li għalihom l-aċċess ma jkunx ristrett skont it-tifsira tal-Artikolu 19.
2.A public undertaking shall be any undertaking over which one or more contracting authorities may exercise, directly or indirectly, a dominant influence by virtue of their ownership of it, their financial participation therein, or the rules which govern it.
2.Impriża pubblika għandha tkun kwalunkwe impriża li fuqha awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tas-sjieda tagħhom fuqha; tal-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew tar-regoli li jirregolawha.
Contracting authorities shall be presumed to exercise a dominant influence in any of the following cases in which they, directly or indirectly:
L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu preżunti li jeżerċitaw influwenza dominanti fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom huma, direttament jew indirettament:
(a)hold the majority of the undertaking's subscribed capital;
(a)ikollhom f’idejhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;
(b)control the majority of the votes attaching to shares issued by the undertaking;
(b)ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma’ ishma maħruġa mill-impriża;
(c)can appoint more than half of the undertaking's administrative, management or supervisory body.
(c)ikunu jistgħu jaħtru aktar minn nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża.
3.For the purpose of this Regulation, special or exclusive rights shall be rights granted by a competent authority of a Member State by way of any legislative, regulatory or administrative provision the effect of which is to limit the exercise of the activities referred to in Articles 12 to 18 to one or more entities, and which substantially affects the ability of other entities to carry out such activity.
3.Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, drittijiet speċjali jew esklużivi għandhom ikunu drittijiet mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva li l-effett tagħha hija li tillimita l-eżerċizzju tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 12 sa 18 għal entità waħda jew aktar, u li sostanzjalment taffettwa l-kapaċita ta’ entitajiet oħra li jwettqu tali attività.
Rights which have been granted by means of a procedure in which adequate publicity has been ensured and where the granting of those rights was based on objective criteria shall not constitute special or exclusive rights within the meaning of the first subparagraph.
Id-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma għandhomx jikkostitwixxu drittijiet speċjali jew esklużivi fis-sens tal-ewwel subparagrafu.
The procedures referred to in the second subparagraph shall include, but are not limited to:
Il-proċeduri msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom jinkludu, iżda ma humiex limitati għal:
(a)procurement procedures with a prior call for competition in conformity with Directive 2009/81/EC or a public summary of competition pursuant to this Regulation;
(a)proċeduri ta’ akkwist b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE jew sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni skont dan ir-Regolament;
(b)procedures pursuant to other legal acts of the Union that ensure adequate prior transparency for granting authorisations on the basis of objective criteria, including but not limited to the procedures under the Union legal acts listed in Annex III.
(b)proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet abbażi ta’ kriterji oġġettivi, inklużi iżda mhux limitati għall-proċeduri skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness III.