Artikolu 73Rekwiżiti ta’ preferenza Ewropea
Article 73 · European preference requirements
(a)restrict participation only to economic operators and subcontractors originating in the Union and those that are covered, or, in the case of groups of economic operators, or any other form of joint participation, to groups which are either composed solely of Union or covered economic operators or to groups where the majority, but not all members of the group are Union or covered economic operators;
(a)jirrestrinġu l-parteċipazzjoni biss lill-operaturi ekonomiċi u lis-sottokuntratturi li joriġinaw mill-Unjoni u dawk li huma koperti, jew, fil-każ ta’ gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, jew kwalunkwe forma oħra ta’ parteċipazzjoni konġunta, lil gruppi li jew ikunu magħmula biss minn operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jew operaturi ekonomiċi koperti jew lil gruppi fejn il-maġġoranza, iżda mhux il-membri kollha tal-grupp, ikunu operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jew koperti;
(b)reject a tender in the course of a procedure where it is not submitted by Union or covered economic operators or groups, including their subcontractors, thereof as referred to in point (a).
(b)jirrifjutaw offerta matul proċedura fejn ma tiġix sottomessa minn operaturi ekonomiċi jew minn gruppi tal-Unjoni jew koperti, inklużi s-sottokuntratturi tagħhom, kif imsemmi fil-punt (a).
2.Public buyers may do one or more of the following:
2.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jagħmlu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a)require that the goods, services and works offered originate in the Union or be covered goods, services or works, either fully, or to a certain degree, or for specific components that participate in the competitive relationship with the procured goods, services or works;
(a)jirrikjedu li l-oġġetti, is-servizzi u x-xogħlijiet offruti joriġinaw fl-Unjoni jew ikunu oġġetti, servizzi jew xogħlijiet koperti, kompletament, jew sa ċertu punt, jew għal komponenti speċifiċi li jipparteċipaw fir-relazzjoni kompetittiva mal-oġġetti, mas-servizzi jew max-xogħlijiet akkwistati;
(b)solely for the purposes of evaluation and ranking of tenders in the award phase without affecting the price payable under the contract, apply a percentage reduction to the price of the tender or the allocation of additional award points, where:
(b)unikament għall-finijiet ta’ evalwazzjoni u ta’ klassifikazzjoni tal-offerti fil-fażi tal-aġġudikazzjoni mingħajr ma jiġi affettwat il-prezz pagabbli skont il-kuntratt, japplikaw tnaqqis perċentwali għall-prezz tal-offerta jew l-allokazzjoni ta’ punti ta’ aġġudikazzjoni addizzjonali, fejn:
(i)the tender is submitted only by Union or covered economic operators and subcontractors or, in the case of groups of economic operators, or any other form of joint participation, to groups composed solely of such operators or to groups where most, but not all members of the group are Union or covered economic operators; or
(i)l-offerta tiġi sottomessa biss minn operaturi ekonomiċi u minn sottokuntratturi tal-Unjoni jew koperti jew, fil-każ ta’ gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, jew kwalunkwe forma oħra ta’ parteċipazzjoni konġunta, lil gruppi magħmula biss minn tali operaturi jew lil gruppi fejn il-biċċa l-kbira tal-membri tal-grupp, iżda mhux kollha, ikunu operaturi ekonomiċi tal-Unjoni jew koperti; jew
(ii)the tender contains a higher proportion of Union or covered goods, services or works, in comparison with the other submitted tenders;
(ii)l-offerta jkun fiha proporzjon ogħla ta’ oġġetti, ta’ servizzi jew ta’ xogħlijiet tal-Unjoni jew ta’ dawk koperti, meta mqabbla mal-offerti sottomessi l-oħra;
(c)reject a tender where the value of Union or covered goods, services or works contained in the tender is below 50 % of the total estimated value of the tender.
(c)jirrifjutaw offerta fejn il-valur tal-oġġetti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet tal-Unjoni jew ta’ dawk koperti li jinsabu fl-offerta jkun inqas minn 50 % tal-valur totali stmat tal-offerta.
3.The measures referred to in paragraph 2 may only be applied if they have been clearly stated by the public buyer in the competition public summary. The competition public summary shall specify the goods, services or works required to be of Union or covered origin, well as the percentage of reduction or award points allocation, together with the corresponding value that the public buyer will apply for the evaluation and ranking of tenders in the award phase.
3.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu applikati biss jekk ikunu ġew iddikjarati b’mod ċar mix-xerrej pubbliku fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni. Is-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni għandu jispeċifika l-oġġetti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet meħtieġa li jkunu ta’ oriġini mill-Unjoni jew ta’ oriġini koperta, kif ukoll il-perċentwal tal-allokazzjoni tal-punti ta’ tnaqqis jew ta’ aġġudikazzjoni, flimkien mal-valur korrispondenti li x-xerrej pubbliku se japplika għall-evalwazzjoni u għall-klassifikazzjoni tal-offerti fil-fażi tal-aġġudikazzjoni.
4.Public buyers shall notify the national coordinating authority designated pursuant to Article 138 of any indications of circumvention of measures taken pursuant to this Article. The national coordinating authority shall inform the Commission of any systemic flaws identified on the basis of theses notifications.
4.Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jinnotifikaw lill-awtorità nazzjonali ta’ koordinazzjoni deżinjati skont l-Artikolu 138 bi kwalunkwe indikazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni tal-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu. L-awtorità nazzjonali ta’ koordinazzjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas sistemiku identifikat abbażi ta’ dawn in-notifiki.