Artikolu 28Mezzi ta’ prova tal-eliġibbiltà tal-operaturi ekonomiċi
Article 28 · Means of proof of the eligibility of economic operators
(a)absence of exclusion grounds pursuant to Articles 25 and 26;
(a)in-nuqqas ta’ raġunijiet għall-esklużjoni skont l-Artikoli 25 u 26;
(b)compliance with selection criteria pursuant to Article 27.
(b)konformità mal-kriterji għall-għażla skont l-Artikolu 27.
Where the economic operator relies on the capacities of other entities pursuant to Article 23 or proposes to make use of subcontractors in the execution of the contract pursuant to Article 24, the economic operator shall also provide the information referred to in the first subparagraph for those entities through the electronic eligibility service.
Meta l-operatur ekonomiku jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra skont l-Artikolu 23 jew jipproponi li jagħmel użu minn sottokuntratturi fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt skont l-Artikolu 24, l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għal dawk l-entitajiet permezz tas-servizz elettroniku ta’ eliġibbiltà.
2.Where the electronic eligibility service provides for an automated verification of the existence of an exclusion ground or compliance with a selection criterion, public buyers shall use that verification for their decision on eligibility.
2.Meta s-servizz elettroniku ta’ eliġibbiltà jipprevedi verifika awtomatizzata tal-eżistenza ta’ raġuni għall-esklużjoni jew tal-konformità ma’ kriterju għall-għażla, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jużaw dik il-verifika għad-deċiżjoni tagħhom dwar l-eliġibbiltà.
3.Economic operators shall use the digital business credential tool as provided for in Article 133. Where an economic operator does not have access to that tool or where the relevant evidence is not available through that tool, the economic operator shall declare, through the electronic eligibility service, whether it complies with the requirements set out for exclusion grounds and the selection criteria and whether it would be able to submit the required evidence (self-declaration).
3.L-operaturi ekonomiċi għandhom jużaw l-għodda diġitali għall-kredenzjali tan-negozju kif previst fl-Artikolu 133. Meta operatur ekonomiku ma jkollux aċċess għal dik l-għodda jew meta l-evidenza rilevanti ma tkunx disponibbli permezz ta’ dik l-għodda, l-operatur ekonomiku għandu jiddikjara, permezz tas-servizz elettroniku ta’ eliġibbiltà, jekk jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti għar-raġunijiet għall-esklużjoni u mal-kriterji għall-għażla u jekk ikunx jista’ jissottometti l-evidenza meħtieġa (awtodikjarazzjoni).
In that case, the public buyer may, at any time during the procedure, require evidence that is not available through the electronic eligibility service where it is necessary for the assessment of the public buyer’s requirements.
F’dak il-każ, ix-xerrej pubbliku, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura, jista’ jirrikjedi evidenza li ma tkunx disponibbli permezz tas-servizz elettroniku ta’ eliġibbiltà fejn tkun neċessarja għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tax-xerrej pubbliku.
If required for applying requirements under Article 73(2), economic operators shall indicate the country of origin of the goods that compose their tender, incorporating it, where applicable, into the digital product passport of the goods pursuant to Regulation (EU) 2024/1781.
Jekk ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 73(2), l-operaturi ekonomiċi għandhom jindikaw il-pajjiż tal-oriġini tal-oġġetti li jsawru l-offerta tagħhom, filwaqt li jinkorporawh, fejn applikabbli, fil-passaport diġitali tal-prodotti tal-oġġetti skont ir-Regolament (UE) 2024/1781.
Where public buyers conduct a procurement procedure by applying one or more measures set out in Part III, Title II, Chapter 5, they may, at any time during the public procurement procedure, request the economic operator to supplement, clarify or complete information or documentation related to the verification of the origin of the economic operator, or the goods, services or works offered, provided that such requests comply with the principles of equal treatment and transparency.
Meta x-xerrejja pubbliċi jwettqu proċedura ta’ akkwist billi japplikaw miżura waħda jew aktar stabbiliti fil-Parti III, it-Titolu II, il-Kapitolu 5, huma jistgħu, fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura ta’ akkwist pubbliku, jitolbu lill-operatur ekonomiku jissupplimenta, jiċċara jew jikkompleta informazzjoni jew dokumentazzjoni relatata mal-verifika tal-oriġini tal-operatur ekonomiku, jew tal-oġġetti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet offruti, dment li tali talbiet jikkonformaw mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.
Where the economic operator fails to provide the information or documentation referred to in the third subparagraph, without reasonable explanation, and thereby prevents the verification of the origin by a public buyer or makes such verification practically impossible or very difficult, the economic operator, or the tender it has submitted, may be excluded from participating in the public procurement procedure concerned.
Meta l-operatur ekonomiku jonqos milli jipprovdi l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni msemmija fit-tielet subparagrafu, mingħajr spjegazzjoni raġonevoli, u b’hekk jipprevjeni l-verifika tal-oriġini minn xerrej pubbliku jew jagħmel tali verifika prattikament impossibbli jew diffiċli ħafna, l-operatur ekonomiku, jew l-offerta li jkun issottometta, tista’ tiġi eskluża mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist pubbliku kkonċernata.