Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 33Twettiq tan-negozjati

Article 33 · Conduct of negotiations

1.Public buyers shall respect the principles of proportionality and equal treatment in the conduct of negotiations and shall ensure that in any given round of negotiations the number of solutions discussed allows for genuine competition. Public buyers shall ensure that any disclosure of information during negotiations does not affect the commercial interests of the economic operators taking part in such negotiations.

1.Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trattament ugwali fit-twettiq tan-negozjati u għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe ċiklu ta’ negozjati, l-għadd ta’ soluzzjonijiet diskussi jippermetti kompetizzjoni ġenwina. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jiżguraw li kwalunkwe divulgazzjoni ta’ informazzjoni matul in-negozjati ma taffettwax l-interessi kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi li jieħdu sehem f’tali negozjati.

2.Without prejudice to other relevant Union legislation, public buyers may negotiate all non-essential characteristics of the works, supplies and services intended for purchase, which may include certain elements related, for instance to technical merit, quantity, delivery conditions and other commercial aspects, but does not include exclusion grounds, selection criteria and award criteria.

2.Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jinnegozjaw il-karatteristiċi mhux essenzjali kollha tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi maħsuba għall-akkwist, li jistgħu jinkludu ċerti elementi relatati, pereżempju mal-mertu tekniku, mal-kwantità, mal-kundizzjonijiet tal-konsenja u ma’ aspetti kummerċjali oħra, iżda ma jinkludux raġunijiet għall-esklużjoni, kriterji għall-għażla u kriterji għall-aġġudikazzjoni.

Public buyers shall clearly indicate in the public summary of competition the characteristics of the works, supplies and services that are not subject to negotiation. These indications shall be sufficiently precise and comprehensive to circumscribe the subject-matter of the contract and shall contain the essential conditions of the contract, on which economic operators would legitimately rely in order to take the decision whether to participate in the award procedure.

Fis-sommarju pubbliku tal-kompetizzjoni, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jindikaw b’mod ċar il-karatteristiċi tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi li ma humiex soġġetti għal negozjar. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi u komprensivi biżżejjed biex jillimitaw is-suġġett tal-kuntratt u għandu jkun fihom il-kundizzjonijiet essenzjali tal-kuntratt, li fuqhom l-operaturi ekonomiċi jibbażaw b’mod leġittimu sabiex jieħdu d-deċiżjoni dwar jekk jipparteċipawx fil-proċedura ta’ aġġudikazzjoni.

The negotiations shall not substantially alter the subject-matter of the contract.

In-negozjati ma għandhomx ibiddlu b’mod sostanzjali s-suġġett tal-kuntratt.

3.Public buyers may conduct negotiations in one or more rounds. After each round, the economic operators participating in the negotiations shall be invited to submit a tender and public buyers may decide to reduce the number of participants based on the award criteria set pursuant to Article 98.

3.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jwettqu negozjati f’sessjoni waħda jew aktar. Wara kull ċiklu, l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fin-negozjati għandhom jiġu mistiedna jissottomettu offerta u x-xerrejja pubbliċi jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu l-għadd ta’ parteċipanti abbażi tal-kriterji għall-aġġudikazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 98.

Public buyers shall inform economic operators when a new round of negotiations will start and whether or not they will be invited. Public buyers shall inform all tenderers, whose tenders have not been eliminated, of any changes to the specifications or changes to other parts of the procurement detail as a result of the negotiations.

Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi meta jkun se jibda ċiklu ġdid ta’ negozjati u jekk humiex se jiġu mistiedna jew le. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha li l-offerti tagħhom ma jkunux ġew eliminati, bi kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjonijiet jew bidla f’partijiet oħra tad-dettalji tal-akkwist bħala riżultat tan-negozjati.

Public buyers shall provide sufficient time for tenderers to modify and re-submit amended tenders, as appropriate. Economic operators may submit revised tenders depending on the outcome of the negotiations.

Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jipprovdu biżżejjed żmien lill-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jissottomettu l-offerti emendati, kif xieraq. L-operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu offerti riveduti skont l-eżitu tan-negozjati.

Where a public buyer has decided to conclude the negotiations and proceed to the award of the contract, it shall invite each of the remaining economic operators to submit a final tender.

Meta xerrej pubbliku jkun iddeċieda li jikkonkludi n-negozjati u jipproċedi għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratt, huwa għandu jistieden lil kull wieħed mill-operaturi ekonomiċi li jifdal biex jissottomettu offerta finali.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →