Artikolu 64Limiti għat-trasferiment tas-sjieda
Article 64 · Limits to transfer of ownership
1.Any pre-existing intellectual property, including software components, models, methods, platforms, or systems owned or controlled by the economic operator prior to or independently of the procurement shall remain the property of the economic operator and shall not be subject to ownership transfer obligations to the public buyer.
1.Kwalunkwe proprjetà intellettwali preeżistenti, li tinkludi komponenti tas-software, mudelli, metodi, pjattaformi, jew sistemi li huma proprjetà tal-operatur ekonomiku, jew ikkontrollati minnu, qabel l-akkwist jew indipendentement minnu għandhom tibqa’ l-proprjetà tal-operatur ekonomiku u ma għandhiex tkun soġġetta għal obbligi ta’ trasferiment tas-sjieda lix-xerrej pubbliku.
2.By way of derogation from paragraph 1, public buyers may require the ownership transfer of pre-existing intellectual property rights that are necessary for the performance, operation, and maintenance of the solutions, in particular in cases of critical infrastructure and where this is included in the procurement detail in a proportionate, transparent and non-discriminatory manner without distorting competition.
2.Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirrikjedu t-trasferiment tas-sjieda ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali preeżistenti li huma neċessarji għall-prestazzjoni, għall-operat u għall-manutenzjoni tas-soluzzjonijiet, b’mod partikolari f’każijiet ta’ infrastruttura kritika u fejn dan ikun inkluż fid-dettalji tal-akkwist b’mod proporzjonat, trasparenti u mhux diskriminatorju mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni.
3.For intellectual property rights arising in connection with the performance of a public contract, public buyers shall specify, where relevant, the allocation of those rights between the public buyer and the economic operator in the procurement detail.
3.Għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw b’rabta mal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jispeċifikaw, fejn rilevanti, l-allokazzjoni ta’ dawk id-drittijiet bejn ix-xerrej pubbliku u l-operatur ekonomiku fid-dettalji tal-akkwist.
4.By way of derogation from paragraph 3 of this Article for public contracts subject to an innovation procedure pursuant to Articles 41 to 45, economic operators shall retain ownership of the intellectual property rights arising during the innovation procedure or in the performance of the respective public contract, unless justified by overriding reasons of the public interest clearly stated in the procurement detail. Such overriding reasons of public interest may relate inter alia to the need to prevent technological lock-in, or to protect the security or critical public services of the public buyer, a Member State or the Union, in particular as regards critical infrastructure.
4.B’deroga mill-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-kuntratti pubbliċi soġġetti għal proċedura ta’ innovazzjoni skont l-Artikoli 41 sa 45, l-operaturi ekonomiċi għandhom iżommu s-sjieda tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li jirriżultaw matul il-proċedura ta’ innovazzjoni jew fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku rispettiv, sakemm dan ma jkunx ġustifikat minn raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku ddikjarati b’mod ċar fid-dettalji tal-akkwist. Tali raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, mal-ħtieġa li jiġi evitat il-lock-in teknoloġiku, jew li jiġu protetti s-sigurtà jew is-servizzi pubbliċi kritiċi tax-xerrej pubbliku, ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura kritika.