Artikolu 27Kriterji għall-għażla
Article 27 · Selection criteria
1.Where public buyers decide to make use of selection criteria, they shall lay down such criteria in accordance with the conditions in this Article.
1.Meta x-xerrejja pubbliċi jiddeċiedu li jagħmlu użu mill-kriterji għall-għażla, huma għandhom jistabbilixxu tali kriterji f’konformità mal-kundizzjonijiet f’dan l-Artikolu.
2.Selection criteria shall only relate to:
2.Il-kriterji għall-għażla għandhom ikunu relatati biss ma’ dawn:
(a)technical and professional ability within the meaning of paragraphs 4, 5 and 6;
(a)il-kapaċità teknika u professjonali skont it-tifsira tal-paragrafi 4, 5 u 6;
(b)legal, economic and financial standing within the meaning of paragraph 7.
(b)il-pożizzjoni legali, ekonomika u finanzjarja skont it-tifsira tal-paragrafu 7.
3.Public buyers shall limit any requirements to those that are appropriate to ensure that an economic operator has the legal, economic and financial capacities and the technical and professional abilities to perform the contract to be awarded. All requirements shall be related and proportionate to the complexity of and the risks associated with the subject-matter of the contract.
3.Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jillimitaw kwalunkwe rekwiżit għal dawk li huma xierqa biex jiżguraw li operatur ekonomiku jkollu l-kapaċitajiet legali, ekonomiċi u finanzjarji u l-kapaċitajiet tekniċi u professjonali biex iwettaq il-kuntratt li għandu jiġi aġġudikat. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati mal-kumplessità tas-suġġett tal-kuntratt u mar-riskji assoċjati miegħu, kif ukoll proporzjonati għalihom.
4.When justified by the subject-matter of the contract, public buyers may require economic operators to be enrolled in one of the professional or trade registers established in the country where the economic operator conducts its main activity.
4.Meta jkunu ġustifikati mis-suġġett tal-kuntratt, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jkunu rreġistrati f’wieħed mir-reġistri professjonali jew kummerċjali stabbiliti fil-pajjiż fejn l-operatur ekonomiku jwettaq l-attività ewlenija tiegħu.
In procurement procedures for services, insofar as economic operators are required to hold a particular authorisation or to be members of a particular organisation in order to be able to perform in their country of origin the service concerned, the public buyer may require them to prove that they hold such authorisation or membership.
Fil-proċeduri ta’ akkwist għal servizzi, sa fejn l-operaturi ekonomiċi huma meħtieġa jkollhom awtorizzazzjoni partikolari jew ikunu membri ta’ organizzazzjoni partikolari sabiex ikunu jistgħu jwettqu s-servizz ikkonċernat fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, ix-xerrej pubbliku jista’ jirrikjedi mingħandhom prova li jkollhom tali awtorizzazzjoni jew sħubija.
Certified registration on official lists by the competent bodies or a certificate issued by the certification body shall constitute a presumption of compliance with regard to the requirements set out pursuant to this paragraph.
Reġistrazzjoni ċċertifikata fuq listi uffiċjali mill-korpi kompetenti jew ċertifikat maħruġ mill-korp ta’ ċertifikazzjoni għandu jikkostitwixxi preżunzjoni ta’ konformità fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti skont dan il-paragrafu.
5.Any references to qualifications or qualification levels included in selection criteria shall mention the European Qualifications Framework levels set out in Annex II to Council Recommendation of 22 May 2017.
5.Kwalunkwe referenza għall-kwalifiki jew għal-livelli ta’ kwalifika inklużi fil-kriterji għall-għażla għandha ssemmi l-livelli tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki stabbiliti fl-Anness II tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2017.
6.Public buyers may impose requirements ensuring that economic operators possess the necessary human and technical resources and experience to perform the contract to an appropriate quality standard.
6.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jimponu rekwiżiti li jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa biex iwettqu l-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità.
Unless justified due to the complexity of the contract or the nature of the subject-matter, public buyers shall not require prior experience in public contracts as a condition for participation in the procurement procedure.
Sakemm ma jkunx ġustifikat minħabba l-kumplessità tal-kuntratt jew in-natura tas-suġġett, ix-xerrejja pubbliċi ma għandhomx jirrikjedu esperjenza preċedenti f’kuntratti pubbliċi bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ akkwist.
A public buyer may assume that an economic operator does not possess the required professional abilities where:
Xerrej pubbliku jista’ jassumi li operatur ekonomiku ma jkollux il-kapaċitajiet professjonali meħtieġa meta:
(a)the public buyer has established by appropriate means that the economic operator has conflicting interests which may negatively affect the performance of the contract; or
(a)ix-xerrej pubbliku jkun stabbilixxa b’mezzi xierqa li l-operatur ekonomiku jkollu interessi kunfliġġenti li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-eżekuzzjoni tal-kuntratt; jew
(b)the public buyer has been made aware by appropriate means that the economic operator presents a security concern for a Member State or the Union as a whole.
(b)ix-xerrej pubbliku jkun ġie infurmat b’mezzi xierqa li l-operatur ekonomiku jippreżenta tħassib dwar is-sigurtà għal Stat Membru jew għall-Unjoni kollha kemm hi.
7.Public buyers may require economic operators to satisfy any of the following criteria:
7.Ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jissodisfaw kwalunkwe wieħed mill-kriterji li ġejjin:
(a)to have an appropriate minimum yearly overall turnover;
(a)li jkollhom fatturat ġenerali annwali minimu xieraq;
(b)to have an appropriate minimum turnover in the area covered by the contract;
(b)li jkollhom fatturat minimu xieraq fil-qasam kopert mill-kuntratt;
(c)to provide information on their annual accounts, including on the ratios between assets and liabilities;
(c)li jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet annwali tagħhom, inklużi l-proporzjonijiet bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet;
(d)to have an appropriate level of professional indemnity insurance.
(d)li jkollhom livell xieraq ta’ assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali.
The minimum turnovers referred to in the first subparagraph shall not exceed 50 % of the estimated annual contract value, except in duly justified cases such as relating to the special risks attached to the nature of the works, services or supplies.
Il-fatturati minimi msemmija fl-ewwel paragrafu ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-valur stmat annwali tal-kuntratt, għajr f’każijiet debitament ġustifikati bħal dawk relatati mar-riskji speċjali marbuta man-natura tax-xogħlijiet, tas-servizzi jew tal-provvisti.
The public buyer shall indicate the main reasons for such a requirement in the procurement detail.
Ix-xerrej pubbliku għandu jindika r-raġunijiet ewlenin għal tali rekwiżit fid-dettalji tal-akkwist.
Information from the annual accounts may be taken into consideration only where the public buyer has specified the methods and criteria for such consideration in the procurement detail. Such methods and criteria shall be transparent, objective and non-discriminatory.
L-informazzjoni mill-kontijiet annwali tista’ titqies biss meta x-xerrej pubbliku jkun speċifika l-metodi u l-kriterji għal tali kunsiderazzjoni fid-dettalji tal-akkwist. Tali metodi u kriterji għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u nondiskriminatorji.
8.Information that can be determined from existing national databases established by a public body, or from the registration on official lists or certifications shall not be questioned without sufficient justification.
8.L-informazzjoni li tista’ tiġi ddeterminata minn bażijiet tad-data nazzjonali eżistenti stabbiliti minn korp pubbliku, jew mir-reġistrazzjoni f’listi jew f’ċertifikazzjonijiet uffiċjali ma għandhiex tiġi kkontestata mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti.