Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 63Għoti ta’ liċenzji

Article 63 · Granting licences

1.The economic operator shall grant to the public buyer appropriate, sufficient and non-exclusive licences to the extent and for the period necessary to enable it to use, receive, operate, maintain or otherwise benefit from the services, deliverables or other contractual outputs provided in the performance of the public contract.

1.L-operatur ekonomiku għandu jagħti lix-xerrej pubbliku liċenzji xierqa, suffiċjenti u mhux esklużivi sa fejn ikun neċessarju, u għall-perjodu neċessarju, biex ikun jista’ juża, jirċievi, jopera jew imantni s-servizzi, ir-riżultati tanġibbli jew outputs kuntrattwali oħra pprovduti fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku, jew jibbenefika b’mod ieħor minnhom.

The licences referred to in the first subparagraph shall cover both the following rights:

Il-liċenzji msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikopru ż-żewġ drittijiet li ġejjin:

(a)any pre-existing intellectual property rights owned by, or licensed to, the economic operator;

(a)kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali preeżistenti li jkun proprjetà tal-operatur ekonomiku, jew li jkun liċenzjat lilu;

(b)any intellectual property rights arising in the performance of the public contract.

(b)kwalunkwe dritt ta’ proprjetà intellettwali li jirriżulta fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku.

2.Licences pursuant to paragraph 1 shall permit the public buyer, either directly or through contractors or service providers acting on its behalf, to use, reproduce, execute, display, adapt, configure, integrate, maintain, repair, support, upgrade and otherwise exploit such rights and the related deliverables to the extent necessary to ensure the continued use of the supplies, services or works for their intended purpose and the proper performance of the public contract.

2.Il-liċenzji skont il-paragrafu 1 għandhom jippermettu lix-xerrej pubbliku, direttament jew permezz ta’ kuntratturi jew fornituri ta’ servizzi li jaġixxu f’ismu, juża, jirriproduċi, jeżegwixxi, juri, jadatta, jikkonfigura, jintegra, imantni, isewwi, jappoġġa, jaġġorna u jisfrutta b’mod ieħor tali drittijiet u r-riżultati tanġibbli relatati sa fejn ikun neċessarju biex jiġi żgurat l-użu kontinwu tal-provvisti, tas-servizzi jew tax-xogħlijiet għall-iskop maħsub tagħhom u l-eżekuzzjoni xierqa tal-kuntratt pubbliku.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →