Artikolu 95Involviment minn qabel fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist
Article 95 · Prior involvement in the preparation of the procurement procedure
1.Where an economic operator has been involved in the preparation of the procurement procedure, public buyers shall take any necessary measures to ensure that competition is not distorted by the participation of that economic operator.
1.Meta operatur ekonomiku jkun ġie involut fit-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jieħdu kwalunkwe miżura neċessarja biex jiżguraw li l-kompetizzjoni ma tkunx distorta mill-parteċipazzjoni ta’ dak l-operatur ekonomiku.
Participation in a market consultation shall not be considered preparation of the procurement procedure within the meaning of this Article.
Il-parteċipazzjoni f’konsultazzjoni tas-suq ma għandhiex titqies bħala tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist skont it-tifsira ta’ dan l-Artikolu.
2.The measures referred to in paragraph 1 shall include making available relevant information exchanged or obtained by the participating economic operator during the preparation of the procurement procedure to all interested economic operators, as well as setting appropriate time limits to ensure fair competition.
2.Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ informazzjoni rilevanti skambjata jew miksuba mill-operatur ekonomiku parteċipanti matul it-tħejjija tal-proċedura ta’ akkwist lill-operaturi ekonomiċi interessati kollha, kif ukoll l-istabbiliment ta’ termini xierqa biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta.
3.The economic operator concerned shall only be excluded from the procedure where there are no other means to ensure equal treatment and after it has been given the opportunity to prove that its prior involvement does not distort competition.
3.L-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jiġi eskluż mill-proċedura biss meta ma jkun hemm l-ebda mezz ieħor biex jiġi żgurat trattament ugwali u wara li jkun ingħata l-opportunità li jagħti prova li l-involviment preċedenti tiegħu ma joħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni.