Public Procurement ActProposta għal Regolament · COM(2026) 590 final · 2026/0265 (COD)
MT

Artikolu 65Immudellar tal-informazzjoni tal-bini

Article 65 · Building information modelling

1.For the execution of public works contracts with an estimated value equal to or greater than EUR 25 000 000, public buyers shall require the use of building information modelling in the execution of the public works contracts.

1.Għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet b’valur stmat ta’ EUR 25 000 000 jew aktar, ix-xerrejja pubbliċi għandhom jirrikjedu l-użu ta’ mmudellar tal-informazzjoni tal-bini fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet.

2.‘Building Information Modelling’ means the methodologies of collaborative digital processes using open, interoperable formats with the purpose of creating, managing and sharing structured information about a public works contract throughout its lifecycle.

2.“Immudellar tal-Informazzjoni tal-Bini” tfisser il-metodoloġiji ta’ proċessi diġitali kollaborattivi bl-użu ta’ formati miftuħa u interoperabbli bl-għan li tinħoloq, tiġi ġestita u kondiviża informazzjoni strutturata dwar kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu.

3.By way of derogation from paragraph 1, public buyers may do any of the following:

3.B’deroga mill-paragrafu 1, ix-xerrejja pubbliċi jistgħu jagħmlu kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)request the use of Building Information Modelling only from certain contractors, or in certain lots, where such requirements would otherwise impose a disproportionate burden on the economic operators concerned and fully covering the project in Building Information Modelling is not necessary; or

(a)jitolbu l-użu tal-Immudellar tal-Informazzjoni tal-Bini biss minn ċerti kuntratturi, jew f’ċerti lottijiet, fejn tali rekwiżiti altrimenti jimponu piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u ma jkunx neċessarju li l-proġett jiġi kopert bis-sħiħ fl-Immudellar tal-Informazzjoni tal-Bini; jew

(b)not request the use of Building Information Modelling or only request its use for certain parts of the solution or from certain contractors, where such requirements would otherwise present a risk for security or public safety.

(b)ma jitolbux l-użu tal-Immudellar tal-Informazzjoni tal-Bini jew jitolbu biss l-użu tiegħu għal ċerti partijiet tas-soluzzjoni jew minn ċerti kuntratturi, fejn tali rekwiżiti altrimenti jippreżentaw riskju għas-sigurtà jew għas-sikurezza pubblika.

4.The Commission is empowered to adopt delegated acts in accordance with Article 141 in order to amend this Regulation to lower the threshold set out in paragraph 1 where justified by an increased market uptake of Building Information Modelling.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 141 sabiex temenda dan ir-Regolament biex tnaqqas il-limitu stabbilit fil-paragrafu 1 fejn ikun ġustifikat minn żieda fl-adozzjoni mis-suq tal-Immudellar tal-Informazzjoni tal-Bini.

Aqrah fit-test sħiħ →L-artikoli kollha: Parti III →